Min jieħu ħsieb ir-rapporti li jiddaħħlu minn din is-sistema?
Membri tal-Korp tal-Pulizija ta Malta jipproċessaw ir-rapporti li jiddaħħlu minn ġo din is-sistema.
Kemm indum nistenna biex rapport jiġi pproċessat?
L-Ipproċessar ta rapport jibda fi żmien tlett ijiem iżda minħabba
l-individwalita ta kull rapport, ma jistax jiġi żgurat xi żmien li fih
ir-rapport jigi pproċessat kompletament.
Kif nista nkun naf l-istat tar-rapport tiegħi?
Agħfas hawn u daħħal il-password li kkrejajt int meta daħħalt ir-rapport.
Nista nagħmel rapport li jista jiddaħħal minn din is-sistema fxi għassa tal-pulizija?
Iva.
Il-kunfidenzjalita ta l-informazzjoni li nagħti lill-Pulizija hija żgurata?
L-informazzjoni kif ukoll l-identita tal-persuna li tagħti din lill-Pulizija jiġu miżmuma
bmod kunfidenzjali dejjem, sakemm ma tiġix mitluba mill-Qrati.
Kif nista niċċekkja jekk xi oġġett li tlift instabx?
Lista ta affarijiet misjuba u rritornati lill-Pulizija tiġi ppubblikata kull tant żmien
fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk tlift xi ħaġa flokalita partikulari, nissuġġerulek
biex tikkuntattja lill-Għassa tal-lokal biex tiċċekkja ġietx irritornata f dik
l-Għassa.
Tlift il-password tar-rapport li għamilt. Tistgħu terġgħu tibgħatuhieli?
Jiddispjacina imma għalissa ma nistgħux nibgħatulek il-password li tkun għamilt
minħabba raġunijiet ta sigurta. Jekk jogħġbok erġa daħħal ir-rapport
tiegħek u niżżel nota fiħ dwar dan u għidilna liema rapport kien. Fkaż
ta bżonn, jista jkun li tissejjaħ l-Għassa tal-Pulizija biex tivverifika dan ir-rapport.