Din is-sistema ta’ Rrappurtar Online lill-Pulizija hija maħsuba bħala estenzjoni
ta’ ftit mis-servizzi offruti mid-diversi għases u sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija
ta’ Malta.
Rapporti u Informazzjoni ta’ natura urġenti ma għandhomx jiġu mgħoddija
lill-Korp tal- Pulizija ta’ Malta permezz ta’ din is-sistema imma għandhom jiġu
mgħoddija malajr kemm jista jkun lill-għases jew is-sezzjoniijiet diversi tal-Korp
tal-Pulizija ta’ Malta. Tista wkoll iċċempel 112 f’każ ta’ Emerġenza.
Faċilitajiet Ewlenin
Rapporti ta' Atti Kriminali
L-informazzjoni li titwassal lill-Pulizija permezz ta’ din is-sistema għandha bżonn
li tkun iddettaljata kemm jista jkun sabiex ikun hemm azzjoni mmedjata. Agħti
dettalji kemm tista’ dwar persuni, postijiet u oġġetti. Iddeskrivi b’dettall kemm
tista’ x’ġara fl-inċident.
Dawn it-tip ta’ rapporti ma jistgħux jintbagħtu b’mod anonimu.
Rapporti foloz ma jiġux aċċettati u tinbeda investigazzjoni biex
min għamel ir-rapport falz jiġi miġjub quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.
Kopji ufficjali tar-Rapport jiġu miksuba wara li r-rapport jiġi accettat
biex jiddaħħal fis-sistema ċentrali tar-rapporti tal-Korp tal-Pulizija
ta’ Malta u jkun jista jinġabar minn kull ufficju tal-Għases tal-Pulizija.
Rapporti ta’ Oġġetti Mitlufa
Jekk jogħġbok għidilna fejn taħseb li stajt tlift l-oġġett
u dettalji fiżici dwar l-oġġett innifsu. Jekk ir-rapport qed isir biex
jiġi pprezentat lill-kumpanija ta’ Assikurazzjoni, niżżel dan fir-rapport
innifsu.
Għatina Informazzjoni
Jekk jogħġbok agħti dettalji kemm jista jkun ċari dwar dak li qed
tirrapporta dwaru. L-informazzjoni li tgħaddi tiġi awtomatikament mgħoddija
lis-sezzjoni li tieħu ħsieb l-offiża relatata ma' l-informazzjoni li tagħtina.
Il-Kunfidenzjalita’ ta’ kull rapport tinżamm kemm jista jkun.
Talba għal Informazzjoni
Jekk tixtieq titlob għal xi informazzjoni aħna lesti biex ngħinuk
mill-aħjar li nistgħu sakemm l-informazzjoni li qed titlob ħa tintuża
għal skop imsemmi minn qabel u ma tkunx tinkludi informazzjoni kunfidenzjali.
L-Informazzjoni mitluba tingħata lilek wara qbil mill-Uffiċċjali anzjani tal-Korp
tal-Pulizija ta’ Malta. Jekk l-informazzjoni hija rikjesta b’mod urġenti, għidilna
dan fit-talba tieghek.
Tifħir / Ilmenti
Jekk trid tgħaddi l-kummenti tiegħek dwar il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
uża din is-sezzjoni. Jekk jogħġbok agħti l-kummenti tiegħek b’dettalji
kemm tista' fil-kuntest tal-kumment tiegħek.
Għajnuna Ġenerali
Biex tara din il-paġna bl-Inġliż, ikklikkja fuq il-kelma “English” li qegħda
fil-kantuniera tal-lemin, in-naħa t’isfel ta' l-ewwel pagna tas-sit. Jekk għandek
xi mistoqsijiet ġenerali dwar il-Korp tal- Pulizija ta’ Malta jew mistoqsijiet
partikulari dwar din is-sistema, ikkuntattja lill-“Community and Media Relations Unit”
billi:
- tuża l- formola “Ikkuntattjana” billi tikklikja fuq il-link rispettiv fil-paġna ewlenija tas-sit, jew
- tibgħat e-mail lil cmru.police@gov.mt, jew
- iċċempel (+356) 2294 2190/1/2, jew
- tibgħat “facsimile” fuq in-numru tat-telefon (+356) 2124 2223, jew
- permezz tal-posta indirizzata lill-“Community and Media Relations Unit”, Kwartieri Ġenerali tal-Pulizja, Furjana CMR02, Malta.